BarraninLokali

Id-dollaru jinżel minħabba li settur privat Amerikan ħoloq anqas impjiegi f’Ġunju

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru niżel kontra l-ewro u l-yen wara informazzjoni li turi s-settur privat fl-Istati Uniti f’Ġunju ħoloq inqas impjiegi milli kien mistenni.

L-isterlina ssaħħet f’għodwa ta’ negozjati kemmxejn kwieta. Rapporti ta’ ekonomija Brittanika dgħajfa xorta ma żammewx lura lill-investituri milli jbassru li l-Bank of England se tgħolli r-rati ta’ imgħax fix-xhur li ġejjin.

Indiċi

Wall Street illum fetaħ f’livell aktar baxx wara li rapporti wrew impjiegi inqas milli mistenni fis-settur privat u waqa’ fl-ishma tat-teknoloġija. Id-Dow Jones niżel b’0.54%.

L-ishma Ewropej komplew iżidu t-telf tagħhom u niżlu fl-iktar livell baxx f’dawn l-aħħar ħdax-il ġimgħa wara li l-Bank Ċentrali Ewropew fetaħ il-bieb għat-tneħħija mill-messaġġ tal-politika tiegħu wegħda li jespandi jew jestendi l-programm tal-bank għal xiri ta’ bonds.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kellu riżultati mħallta: RS2 Software u Simonds Farsons Cisk telgħu b’2.23% u 1.71% rispettivament. Iżda Bank of Valletta, HSBC Bank Malta u PG niżlu b’0.05%, 0.48% u 1.52% rispettivament.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali wkoll kellu riżultati mħallta: 5.00% Mediterranean Investments Holdings 2022 u 5.00%, GlobalCapital 2021 żdiedu b’2.50% u 0.45% rispettivament. Iżda 4.80% Mediterrean Maritime Hub Finance 2026, 4.00% International Hotel Investments 2026 u 3.75% Premier Capital 2026 nilżu b’0.48%, 0.97% u 0.97% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

L-għadd ta’ Amerikani li qed japplikaw għall-benefiċċji tal-qgħad żdied bla mistenni għat-tielet ġimgħa. Dan seta’ ġara minħabba li xi kumpaniji li jimmanifatturaw vetturi għalqu l-impjanti tal-assemblaġġ minħabba proċess annwali ta’ retooling. Talbiet inizjali għal benefiċċji tal-qgħad mill-istat żdiedu b’4,000 għaċ-ċifra aġġustata staġjonalment ta’ 248,000 għall-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Lulju u dan qalu llum id-Dipartiment tax-Xogħol. L-informazzjoni għall-ġimgħa preċedenti baqgħet l-istess. L-ekonomisti mistħarrġa minn Reuters kienu bassru li l-applikazzjonijiet li jsiru l-ewwel darba għall-benefiċċji tal-qgħad kienu se jinżlu għal 243,000 fl-aħħar ġimgħa.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt tela’ u rkupra ftit wara tbassir pożittiv tad-domanda mill-Istati Uniti żamm lura l-waqgħa tal-jum preċedenti, minkejja li l-prospett ta’ provvista żejda fl-2018 wassal biex l-analisti jniżżlu aktar il-prezzijiet imbassra.

Id-deheb baqa’ baxx fl-inqas livell fl-aħħar xahrejn wara li l-laqgħa tal-Federal Reserve dwar il-politika monetarja ma wriet l-ebda kunsens dwar ir-rata taż-żieda fir-rati tal-imgħax.

TVM Daily Table (3)

Share this Story[social_share/]