BarraninLokali

Id-dollaru jitbaxxa wara r-riżenja tal-konsulent tas-sigurtà nazzjonali Amerikan

flynn

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru tbaxxa matul il-lejl kontra muniti ewlenin oħra wara li l-konsulent dwar is-sigurtà nazzjonali tal-President Trump, Michael Flynn, irriżenja minħabba skrutinju dwar jekk huwa ddiskutiex il-possibiltà li jitneħħew is-sanzjonijiet kontra r-Russja qabel ma Trump ħa l-kariga.

L-isterlina llum irtirat mill-ogħla livell tagħha f’xahar kontra l-ewro, wara li l-istatistika dwar l-inflazzjoni fir-Renju Unit kienet inqas minn dik imbassra, u dan ikompli jżid ma’ ċifri ekonomiċi kajmana matul l-aħħar ġimagħtejn.

Id-dollaru Awstraljan żdied illum wara li indikatur dwar il-kundizzjonijiet tan-negozju tela’ għal kważi l-ogħla ċifra f’10 snin iżda l-munita tħabbtet tbiex iżżomm ir-rata ta’ 77 ċenteżmu Amerikan, li qed ikun limitu kruċjali.

Indiċijiet

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.15%.

Fl-Ewropa, il-FTSE100 u l-CAC40 kienu l-uniċi indiċi li żdiedu b’0.04% u b’0.11% rispettivament. L-iSTOXX50 għalaq bla bidla waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.08% reġistrat fid-DAX.

Fl-Asja, it-Topix tilef kważi 1% waqt li kien hemm tnaqqis ukoll fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta ta’ 0.14%.

Ishma Lokali

Fis-suq tal-ishma lokali, il-Malta International Airport għalqu b’żieda ta’ 1.97%%, l-ogħla tal-ġurnata. L-International Hotel Investments u l-Bank of Valletta kellhom żieda ta’ 1.4% u 0.23% rispettivament.

Fuq xejra opposta, il-FIMBank tilef 4.49%, l-agħar tal-ġurnata, waqt li l-Malta Properties Company tilfu 3.4%, l-RS2 Software b’1.7% u l-Malita Investments b’1,11%.

Bonds Lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu b’0.97%, u l-Global Capital 2021 b’0.49%. Kemm il-Pendergardens Developments 2020 u l-PTL Holdings 2024 żdiedu bl-istess valur 0.48%. Il-Pendergardens Development 2022 tilfu 2.84%, l-International Hotel Investments 2021 b’1.98% u l-Premier Capital 2026 b’0.97%.

Indikaturi Ekonomiċi

Is-sentiment ekonomiku Ġermaniż ħżien aktar milli kien mistenni matul Frar, u kien l-anqas f’erba’ xhur taħt pressjoni mit-tħassib dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropa u l-inċertezza politika li qed tiżdied. Iċ-Ċentru ZEW għar-Riċerka Ekonomika qal li l-indiċi tbaxxa b’6.2 punti għal 10.4 dan ix-xahar. L-analisti kienu qed jistennew li l-indiċi jaqa’ b’1.6 għal 15 fi Frar minn 16.6 fix-xahar ta’ qabel.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb illum żdied hekk kif d-dollaru tbaxxa wara r-riżenja tal-konsulent tas-sigurtà nazzjonali Amerikan Michael Flynn waqt li l-investituri qed jistennew ix-xhieda mill-President tal-Federal Reserve Janet Yellen.

Il-prezz taż-żejt issaħħaħ xi ftit, mgħejjun mill-isforz immexxi mill-OPEC biex titnaqqas il-produzzjoni waqt li produzzjoni ogħla minn produtturi oħra żammet il-prezzijiet qrib l-anqas marġini ta’ din is-sena.

Banif daily tables 14 02 17

Share this Story[social_share/]