BarraninLokali

Id-dollaru jiżdied għall-ogħla livell f’xahrejn kontra l-yen

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’xahrejn kontra l-yen Ġappuniż hekk kif informazzjoni pożittiva dwar l-impjiegi tat spinta lill-profitti tat-Teżor tal-Istati Uniti għalkemm l-investituri żammew kemmxejn lura qabel ix-xhieda din il-ġimgħa tal-kap tal-Federal Reserve Janet Yellen.

L-isterlina kompliet tissaħħaħ wara sensiela ta’ riżultati dgħajfa niżżluha fl-agħar ġimgħa tal-munita f’xahar u poġġew dubji dwar it-twissijiet tal-Bank of England li qiegħed fil-punt li jżid l-ispejjeż għas-self. 

Indiċi

Ftit kien hemm tibdil fl-Indiċi tal-Istati Uniti hekk kif l-investituri kienu qed iħejju għar-riżultati tat-tieni kwart tas-sena u l-istokks tat-teknoloġija kienu minn ta’ quddiem fil-qligħ.

L-istokks Ewropej komplew bi qligħ fin-negozjati anke minħabba riżultati aħjar milli mistennija f’Wall Street f’dak li għandu x’jaqsam ma’ impjiegi, filwaqt li l-prezzijiet tad-deheb komplew neżlin u l-prezz taż-żejt kompla nieżel ukoll. L-indiċi tad-DAX tal-Ġermanja tela’ b’0.4% u l-FTSE tar-Renju Unit kien ogħla b’0.15%.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali kien fil-biċċa l-kbira negattiv; HSBC Bank Malta żdied b’0.43%, iżda RS2 Software, GO u Medserv niżlu b’0.11%, 0.14% u 1.92% rispettivament.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali llum kellu riżultati mħallta: Central Business Centres 2025, Izola Bank 2025, Mediterranean Investments Holdings 2022 u Dizz Finance 2026 ilkoll telgħu, filwaqt li Premier Capital 2026, Bank of Valletta 2020, u Eden Finance 2027 niżlu b’0.69%, 0.95% u 0.97% rispettivament.

Indikaturi ekonomiċi 

L-esportazzjoni mill-Ġermanja telgħet b’rata aktar qawwija milli mistenni f’Mejju u qabżet żieda tajba fl-importazzjoni u kabbret is-surplus tal-ikbar ekonomija fl-Ewropa.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt waqa’ u dan żied mat-telf kbir li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet minħabba żieda fl-attività tat-tħaffir fl-Istati Uniti u l-ebda waqfien fit-tkabbir tad-domanda mill-esportaturi tal-OPEC u barra mill-OPEC.

Il-prezz tad-deheb kompla nieżel għat-tielet jum għall-iktar livell baxx sa minn nofs Marzu wara informazzjoni dwar ekonomija b’saħħitha fl-Istati Uniti u fil-Ġermanja qawwew l-aspettattivi li l-banek ċentrali se jżidu r-rati tal-imgħax.

TVM Daily Table (4)

Share this Story[social_share/]