Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-anqas rata f’ġimagħtejn kontra l-yen

dollar yen euro

1. Muniti Kontra l-Ewro
Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimagħtejn kontra l-yen, riflessjoni tal-waqgħa fid-dħul mill-bonds tal-Istati Uniti għax statistika ekonomika dgħajfa aktar milli kienet mistennija tefgħet pressjoni fuq il-munita Amerikana u tnaqqis fis-sentiment ta’ riskju saħħaħ il-yen, meqjus bħala munita sigura.

Id-Dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand issaħħew fil-ftit negozju matul il-btajjel iżda baqgħu qrib l-inqas livelli għal bosta xhur minħabba domanda soda għad-dollaru Amerikan.

2. Indicijiet
Id-Dow Jones illum fetaħ 0.12% ogħla. L-istokks fl-Ewropa l-indiċijiet kienu b’mod ġenerali iktar baxxi. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50, id-DAX u l-DAC 40 tbaxxew b’0.03%, 0.20%, 0.24% u 0.17% rispettivament. In-Nikkei kellu tnaqqis ta’ 1.32%. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta tela’ b’0.4%.

3. Ishma Lokali
Is-suq lokali llum kien inġenerali f’territorju pożittiv. Kien hemm żieda ta’ 3.45% fil-FIMBank, ta’ 1.72% fil-Malta Properties Company, ta’ 1.35% fil-Bank of Valletta u ta’ 0.39% fl-RS2 Software. L-HSBC Bank Malta u l-International Hotel Investments naqsu b’0.52% u 0.62% rispettivament.

4. Bonds Lokali
Anke s-suq tal-bonds kien pożittiv in ġenerali. L-International Hotel Investments 2025 żdiedu bi 2.55%; l-International Hotel Investments 2026 b’1.95%, il-Pendergardens Developments 2022 b’1.82% u il-Grand Harbour Marina 2020 b’1.00%.
Il-Ħal Mann Vella Group 2024, il-PTL Holdings 2024 u s-6PM Holdings 2025 tilfu 0.48%, 0.51% u 1.47% rispettivament.

5. Economic indicators

Il-bejgħ pendenti ta’ djar fl-Iastati Uniti tbaxxa bla mistenni x-xahar li għadda skond tagħrif maħruġ ilbieraħ. In-National Association of Realtors qalet li l-bejgħ tbaxxa għal 2.5% taħt iż-żero minn 0.1% fix-xahar ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew li ċ-ċifra titla għal 0.5%.

6. Prodotti Essenzjali
Il-prezzijiet taż-żejt issodaw wara li żieda sorprendenti fl-inventarji tal-Istati Uniti waqqfet xejra ‘l fuq li tellgħet il-prezzijiet ta’ referenza taż-żejt għall-ogħla livelli minn Lulju tas-sena li għaddiet.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu għall-ogħla livell f’ġimagħtejn hekk kif id-dollaru u l-bonds Amerikan tbaxxew wara statistika ekonomika kienet dgħajfa aktar milli kienet mistenija.

Share this Story[social_share/]