BarraninLokali

Il-frank Żvizzeru jaqa’ għall-anqas rata kontra l-ewro fi 18-il xahar

Muniti Kontra l-Ewro

Il-frank Żvizzeru waqa’ għall-anqas rata kontra l-ewro fi 18-il xahar hekk kif xi investituri biegħu l-munita, meta raw is-saħħa riċenti tal-ewro kontra r-rivali ewlenin tiegħu.

L-isterlina tbaxxiet wara statistika li wriet li l-ekonomija tar-Renju Unit qabdet ftit li xejn ritmu fit-tieni kwart tas-sena wara li kważi waqfet fil-bidu tas-sena, u dan tefa’ lura tamiet għal xi żieda fir-rati tal-interessi fir-Renju Unit fix-xhur li ġejjin.

Indiċi

L-istokks fl-Istati Uniti komplew biż-żidiet tagħhom hekk kif ir-rapporti dwar id-dħul tal-kumpaniji taw spinta lill-ottimiżmu dwar is-saħħa tal-ekonomija globali u b’hekk saħħew il-prezzijiet tal-prodotti essenajli. Il-bonds ukoll issaħħew hekk kif l-investituri qed jistennew xi ħjiel dwar il-karta tal-bilanċ tal-Federal Reserve. L-istokks fl-Ewropa kienu ogħla mgħejjuna mix-xejra pożittiva f’Wall Street.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien b’mod ġenerali pożittiv bil-Mapfre Middlesea u l-MaltaPost juru żieda ta’ 3.74% u 1.97% rispettivament.

Bonds

Anke l-bonds lokali kienu pożittivi bil-Premier Capital 2026 u t-Tumas Investments 2024 jiżdiedu b’1.88% u 1.78% rispettivament.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu qrib l-ogħla livell fi tmien ġimgħat, hekk kif waqgħa fl-inventarji tal-Istati Uniti kabbret it-tamiet li s-suq mifqugħ bil-provvista riesaq lejn il-bilanċ. Iżda fi tmiem il-jum, il-prezz tilef xi ftit miż-żieda.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu hekk kif d-dollaru tela’ ‘l fuq mil-livelli baxxi ta’ bosta xhur, bl-investituri jistennew il-pjani tal-Federal Reserve wara l-laqgħa ta’ jumejn.

Banif daily tables 26.07.17

Share this Story[social_share/]