BarraninLokali

Il-prezz taż-żejt jitla’ għall-ogħla rata f’ħames xhur

Muniti Kontra l-Ewro
Id-dollaru tbaxxa għall-anqas rata f’ġimagħtejn kontra basket ta’ muniti wara li l-President Trump qal li l-munita hija b’saħħitha wisq u li kien jippreferi li r-rati tal-interessi jibqgħu baxxi. Id-dollaru u d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan ħadu daqqa ta’ ħarta wara li Trump qal lil Wall Street Journal li d-dollaru “qed isir b’saħħtu wisq” u ser jolqot ħażin lill-ekonomija.

Id-dollaru Awstraljan irpilja bil-bosta wara d-diskors ta’ Trump.

L-isterlina laħqet l-ogħla livelli f’sitt ġimgħat kontra l-ewro hekk kif ġimgħa ta’ data b’saħħitha naqqset xi ftit mill-inkwiet tal-investituri dwar l-impatt ta’ Brexit fuq l-ekonomija tar-Renju Unit.

Id-dollaru Kanadiż tela’ għall-ogħla rata kontra dak Amerikan wara li l-Bank of Canada ma baqax daqshekk favur interessi baxxi.

Indiċi
Kienet ġurnata negattiva għall-indiċi llum u kollha waqgħu mill-Ġappun sal-Istati Uniti. L-ishma Ewropej ukoll tbaxxew u ħallew lill-indiċi tal-akbar kumpaniji riesaq lejn telf f’ġimgħa, bil-banek fuq quddiem fit-telf. Banco Popular ta’ Spanja kien fuq quddiem bit-telf ta’ 4.3% fil-prezz. Il-Banek Franċiżi Societe Generale, Credit Agricole u BNP Paribas tilfu wkoll minn 1.8% sa 2.7%. L-indiċi tal-Borza ta’ Malta tilef 9.18%.

Ishma Lokali
L-HSBC Bank Malta kien l-uniku wieħed li żied il-prezz bl-istokks l-oħrajn mingħajr bidla fil-prezz jew bi tnaqqis. L-RS2 Software tilfu ftit aktar minn 3%.

Bonds Lokali
Il-bonds kienu b’mod ġenerali pożittivi bil-Hili Properties ikollhom żieda ta’ 1.71% segwiti mill-GAP u l-Global; Capital li żdiedu b’0.34% u 0.24% rispettivament. Fin-naħa negattiva kienu l-International Hotel Investments 2026 li tilfu 0.5%.

Indikaturi Ekonomiċi
Ir-rata tal-qgħad fl-Awstralja ma nbidlitx u baqgħet f’5.9%. L-impjiegi żdiedu b’60,000. Kien hemm żieda ta’ 74,000 f’impjiegi full-time u tnaqqis ta’ 13,600 fl-impjiegi part-time.

Prodotti Essenzjali
Id-domanda globali għaż-żejt waslet biex tkun aktar mill-provvista wara kważi tliet snin ta’ produzzjoni żejda minkejja tkabbir fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum.

Il-prezz taż-żejt irpilja għall-ogħla prezz f’ħames xhur wara d-diskors tal-President Trump li waslet għat-tnaqqis fil-valur tad-dollaru.

Banif tables 13 04 17

Share this Story[social_share/]