BarraninLokali

Il-prezzijiet taż-żejt jilħqu l-ogħla livell fi 18-il xahar

great-oil-swindle-peak-oil-world-energy-outlook

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru Amerikan llum kellu l-ogħla żieda f’aktar minn ġimagħtejn fl-ewwel ġurnata sħiħa ta’ negozju fl-Ewropa, hekk kif in-negozjanti u l-investituri f’Londra rritornaw biex tellgħu lill-munita Amerikana qrib ir-rati għolja ta’ Diċembru.

L-isterlina wkoll laħqet l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-ewro wara li stħarriġ wera li tkabbir fis-settur tal-manifattura fl-Ingilterra matul Diċembru laħaq l-ogħla livell f’sentejn u nofs.

Indiċijiet

Dow Jones llum fetaħ b’żieda ta’ 0.78%. L-istokks fl-Ewropa ukoll kienu ogħla b’mod ġenerali. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 kellhom żidiet ta’ 0.51%, 0.25% u 0.44% rispettivament. Iżda d-DAX tilef 0.09%.

In-Nikkei wkoll tbaxxa b’0.16% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.07% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma Lokali

In-negozju fl-ishma lokali kien imħallat. Il-Grand Harbour Marina żdiedu bi 3.68%, l-RS2 Software b’1.04% u l-Malta Properties Company b’0.85%. Il-Bank of Valletta tilfu 0.04% u l-GO kellhom tnaqqis ta’ 0.31%.

Bonds Lokali

Anki s-suq tal-bonds lokali kien imħallat. L-Island Hotels Group Holdings 2024 żdied b’1.58%; il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 b’0.48% u s-6PM Holdings Unsecured 2025 b’0.01%.

Kien hemm tnaqqis ta’ 0.96% fil-Mediterranean Investments Holdings 2020, ta’ 0.99% fil-Mediterranean Investments Holdings 2017 denominati fid-dollaru u ta’ 1.67% fil-Pendergardens Developments 2020.

Indikaturi Ekonomiċi

L-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur fil-Ġermanja żdiedet aktar milli kienet mistennija matul Diċembru. F’rapport, l-Uffiċċju tal-Istatistika Federali qal li l-inflazzjoni żdiedet għal 0.7% aġġustata staġjonevolment minn 0.1% fix-xahar ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew li l-inflazzjoni titla’ għal 0.6%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb illum tbaxxa minħabba il-bidu tajjeb għad-dollaru fl-2017 u li tefa’ pressjoni fuq il-prezzijiet wara li d-deheb kellu l-akbar telf fi tliet xhur għal aktar minn tliet snin.

Il-prezzijiet taż-żejt illum laħqu l-ogħla livell fi 18-il xahar. Huma kienu msaħħin minn tamiet li l-ftehim bejn l-membri tal-OPEC u l-produtturi mhux membri biex inaqqsu l-produzzjoni, li beda jseħħ nhar il-Ħadd, itemm il-provvista żejda fis-suq.

banif-daily-tables-03-01-17

Share this Story[social_share/]