BarraninLokali

Inċertezzi ekonomiċi hekk kif toqrob il-Presidenza ta’ Trump idgħajfu d-dollaru

hundred-dollar-bill-vs-donald-trump

Muniti Kontra l-Ewro

L-isterlina llum irkuprat it-telf kontra d-dollaru wara li statistika wriet li t-tkabbir fis-settur dominanti tas-servizzi fir-Renju Unit żdied sewwa għat-tielet xahar konsekuttiv f’Diċembru biex laħaq l-ogħla rata fi 17-il xahar.

Id-dollaru ddgħajjef kontra basket ta’ muniti ewlenin wara li l-minuti tal-Federal Reserves urew inċertezza dwar l-impatt possibbli tal-politiki tal-Presidenza Trump fuq l-ekonomija Amerikana.

Indiċijiet

Id-Dow Jones illum tilef 0.09%.

Fl-Ewropa kien biss l-FTSE100 li għalaq b’żieda, ta’ 0.08%. Il-CAC 40 u l-iSTOXX 50 it-tnejn tilfu 0.14% waqt li d-DAX naqas b’0.1%. In-Nikkei tilef 0.37% waqt li kien reġistrat ukoll tnaqqis ta’ 0.11% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma Lokali

Fis-suq lokali tal-ishma, is-settur bankarju kien f’territorju pożittiv bl-HSBC Bank Malta jiżdiedu b’1.32% u l-Bank of Valletta b’0.44%. Il-Medserv u l-GO kellhom żieda ta’ 0.63% u 0.31% rispettivament. L-International Hotel Investments kellhom l-agħar riżultat b’telf ta’ kważi 4% segwit bi tnaqqis ta’ 2.18% fil-Mapfre Middlesea u ta’ 0.92% fil-Plaza Centres.

Bonds Lokali

Ftit kien hemm bidliet llum fis-settur tal-bonds. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 kellu żieda ta’ 0.96%, il-PTL Holdings 2024 b’0.05% u l-International Hotel Investments 2026 b’0.02%.

F’territorju negattiv kienu l-Island Hotels Group Holdings 2024 kellhom tnaqqis ta’ 1.83%; il-Bank of Valletta 2020 bi tnaqqis ta’ 1.21% u l-bonds tal-2026 u l-2025 tal-International Hotel Investments tilfu 0.93% u 0.68% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-prezzijiet tal-produzzjoni fiż-żona tal-ewro żdiedu għat-tielet xahar in fila matul Novembru fuq bażi ta’xahar, l-aktar minħabba żieda fil-prezzijiet tal-enerġija li bbilanċjaw tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti għall-konsumatur. Il-Eurostat qal li l-prezzijiet tal-produzzjoni żdiedu b’0.3% f’’Novembru u 0.1% fuq sena.

Iż-żieda f’Novembru hija anqas miż-żieda ta’ 0.8% ta’ Ottubru, iżda tikkonferma xejra pożittiva li bdiet f’Settembru meta l-prezzijiet tal-produzzjoni żdiedu b’0.1% wara li kienu waqgħu b’0.2% f’Awwissu.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu għall-ogħla livelli f’erba’ ġimgħat wara li d-dollaru Amerikana tbiegħed mill-ogħla rata f’14-il sena wara l-ħruġ tal-minuti tal-Federal Reserve.

Il-prezzijiet taż-żejt komplew jogħlew iżda tilfu ftit miż-żidiet ta’ matul il-lejl għax ix-xerrejja u l-investituri qed jistennew it-tagħrif ta’ kull ġimgħa dwar il-ħażniet taż-żejt mhux maħdum u ta’ prodotti raffinati fl-Istati Uniti.

banif-daily-tables-05-01-17

Share this Story[social_share/]