Lokali

It-taxxa fuq id-dħul u pagamenti tal-NI jistgħu jitħallsu fil-Fergħat tal-Maltapost

Mit-Tnejn li ġej it-taxpayers jistgħu jibdew iħallsu t-taxxa fuq id-dħul (Income Tax) u l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’kull fergħa Postali f’Malta u Għawdex.

Fi stqarrija, il-kumpanija Malta Post qalet li f’kull fergħa tagħha jistgħu jitħallsu kontijiet pendenti mal-Inland Revenue Department.

Il-pagamenti jistgħu jitħallsu kemm b’ċekk kif ukoll bi flus kontanti. Il-pagamenti aċċettati jinkludu t-taxxa fuq id-dħul, Final Settlement System Tax u kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali kif imsemmija hawn taħt:

• Provisional Tax/Social Security Contributions
• Income Tax Return and Self Assessment)
• Tax Arrears)
• Part – Time Self-employed Income Tax
• Part – Time Employment Income Tax
• Final Settlement System (FSS) Income Tax
• Payment of 15% Tax on Rental Income

Share this Story[social_share/]