Barranin

Iż-żejt, id-deheb u l-metalli jtemmu s-sena b’żidiet sostanzjali fil-prezzijiet

oil-metals-and-gold

Muniti

L-ewro llum kiseb l-ogħla rata tiegħu fi tliet ġimgħat fil-ftit negozju fl-Asja, iżda riesaq lejn telf matul sena għax it-tbassir huwa li l-politka tal-President-elett Donald Trump ser żżid l-inflazzjoni u dan iġiegħel lill-Federal Reserve li jżid ir-rati tal-interessi aktar ta’ spiss.

L-isterlina żdiedet 0.1% kontra d-dollaru Amerikan, u tbegħdet mill-anqas rata f’xahrejn ta’ $1.2201 nhar l-Erbgħa. L-isterlina tilfet 16.6% matul din is-sena li kienet immarkata mill-vot ta’ Ġunju biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand żdiedu xi ftit fl-Asja matul in-negozju fqir tal-btajjel, iżda jidher li ser itemmu Diċembru b’rati aktar baxxi u b’hekk ikomplu x-xejra ta’ telf għat-tielet xahar wara l-ieħor. L-akbar ċaqliq kien l-ewro, li żdied wara xiri qawwi kontra d-dollaru Amerikan biex l-investituri jillimtaw it-telf.

Stocks

Din il-ġimgħa, id-Dow Jones tilef 0.5%. L-istokks Ewropej kienu b’mod ġenerali ogħla: Il-Eurostoxx 50, il-CAC 40 u l-FTSE 100 żdiedu b’.03%, 0.10% u 1.08% rispettivament. F’territorju negattiv, kien id-DAX li tilef 0.15%, in-Nikkei bi tnaqqis ta’ 1.61% waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta rreġistra żieda ta’ 1.22%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum, tal-lastiku u tal-metalli mistennija li jtemmu l-2016 b’żidiet qawwija llum, wara snin twal ta’ telf. Dan ser ikun minħabba tnaqqis fil-produzzjoni u t-tamiet qawwija ta’ domanda akbar.

Fatturi li taw spinta lill-prezzijiet kienu t-tnaqqis fil-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum imħabbar mill-OPEC, domanda aktar milli mistennija miċ-Ċina, li huwa konsumatur kbir ta’ dawn il-prodotti u tbassir ta’ spiża akbar fuq l-infrastruttura fl-Istati Uniti wara r-rebħa ta’ Trump.

Il-prezzjiet tad-deheb ser itemmu s-sena b’żieda ta’ aktar minn 9% għall-ewwel żieda f’sena matul l-aħħar erba’ snin u żdied fin-negozju tal-Ġimgħa minħabba dollaru aktar dgħajjef.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Is-Sena l-Ġdida tibda b’aħbarijiet importanti.

L-investituri qed jistennew l-indiċi dwar is-settur tal-manifattura fil-Ġermanja u fir-Renju Unit, il-bidla fil-qgħad fil-Ġermanja u l-Indiċi dwar il-Prezzijiet għall-Konsumatur taż-Żona tal-ewro. L-indiċi dwar il-prezzijiet għall-konsumatur ikejjel il-bidla fil-prezzijiet tal-oġġetti u servizzi mill-perspettiva tal-konsumatur. Huwa mod ewlieni kif jitkejlu l-bidliet fix-xejra ta’ xiri u tal-inflazzjoni.

L-Istati Uniti ser joħorġu wkoll għadd ta’ indikaturi: l-indiċi dwar il-manifattura, il-bidla fl-impjiegi eskluża l-biedja, u r-rata tal-qgħad. Dawn l-aħbarijiet kollha jistgħu jikkawżaw volatilità fis-swieq finanzjarji.

Share this Story[social_share/]