BarraninLokali

Jaqa’ l-prezz taż-żejt wara indikazzjoni ta’ żieda kbira fl-inventarji

oil

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum żdied għal 11-il jum infila, hekk kif il-fokus tal-investituri kien fuq l-istatistika dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti għal aktar appoġġ għall-idea ta’ żieda fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve ix-xahar id-dieħel.

L-isterlina waqgħet għall-inqas rata f’ġimgħa ta’ $1.2428 wara li l-istatistika wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit naqas fir-raba’ kwart, aħbar ħażina għal konsumaturi li qed jiffaċċjaw l-possibiltà ta’ żieda fl-inflazzjoni fix-xhur li ġejjin.

Id-dollaru Kanadiż tela’ għal l-ogħla rata f’ġimgħa kontra dak Amerikan hekk kif il-prezz taż-żejt żdied iżda ż-żidiet intilfu kważi kollha wara li xhieda mill-President tal-Federal Reserve Janet Yellen saħħett lill-munita Amerikana.

Id-dollaru Awstraljan żamm qrib l-ogħla rtata kontra fi tliet xhur kontra d-dollaru Amerikan, iżda qed jitħabat biex jaqbez is-77 ċenteżmu Amerikan, li jidher li huwa ostaklu kbir minkejja li l-munita Awstraljana laħqet l-ogħla rata f’xhur kontra l-yen u l-ewro.

Indiċijiet

Id-Dow Jones żdied b’0.09% mal-ftuħ tan-negozju.

Fl-Ewropa, il-FTSE100 u l-CAC40 żdoied bi kważi l-istess valur, 0.35%. L-iSTOXX50 żdied b’0.18% waqt li d-DAX tilef 0.26%.

It-Topix tal-Ġappun żdied b’0.95% waqt li kien tnaqqis ta’ 0.07% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma Lokali

Fis-suq lokali tal-ishma lokali, kienu biss l-ishma tal-Malita Investments u l-GO li għalqu f’territorju pożittiv b’żidiet ta’ 3.62% u 0.29% rispettivament.

F’territorju negattiv kienu l-RS2 Software li tilfu 1.73%. Is-settur bankarju, il-Bank of Valletta u l-HSBC Bank Malta kien innegozjat imma bla ebda bidla fil-prezz. L-istess ġara lill-ishma ta’ Simons Farsons Cisk u tal-Malta Properties Company.

Bonds Lokali

Diversi bonds lokali llum kienu negozjati b’attenzjoni partikulari għal Premier Capital 2026 li kellhom l-akbar moviment – żieda ta’ kważi 1%. Il-Hili Properties 2025 u l-Bank of Valletta 2019 żdiedu bl-istess rata, 0.24%. Iċ-Central Business Centres 2021 u l-GlobalCapital 2021 kellhom żieda ta’ 0.01%.

Il-PTL Holdings 2024 tilfu 0.48% u l-International Hotel Investments 2026 tilfu 0.45%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet spot tad-deheb tbaxxew u b’hekk tilfu ż-żieda żgħira tal-jum ta’ qabel wara li l-President tal-Federal Reserve tat ħjiel li l-interessi fl-Istati Uniti jistgħu jogħlew qabel ma kien maħsub u dan tella’ lid-dollaru għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat u nofs.

Iż-żejt waqa’ taħt is-$56 kull barmil għax rapport dwar l-industrija li wera żieda kbira fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti ta sinjal li hemm provista adegwata, anke jekk l-OPEC tikseb konformità rekord bit-tnaqqis tal-produzzjoni.

Share this Story[social_share/]