Lokali

Jinħarġu €40 miljun fi stokks tal-Gvern għall-offerti b’irkant

L-Accountant General ħabbar il-ħruġ ta’ €40,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta, soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar, sa massimu ta’ €35,000,000 kif ġej:-

(i) 1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (III) Fungibility Issue, u

(ii) 1.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (I) Fungibility Issue, jew

(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €40,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa t-2 ta’ Awwissu, 2017 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment, u jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General ser iħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ Stqarrija għall-Istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta l-1 ta’ Awwissu, 2017, li tkun tikkonsisti minn firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rati tal-euro mid-swap li jirriflettu b’mod wiesa’ l-kundizzjonijjiet fis-suq sekondarju tal-1.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2023 (III) u tal-1.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2027 (I).

Share this Story[social_share/]