Jitbaxxa d-dollaru u l-prezz taż-żejt jilħaq l-ogħla livell

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru llum waqa’ għar-raba’ jum konsekuttiv kontra baskett ta’ muniti użat biex ikejjel is-saħħa usa tiegħu, għax ir-reazzjoni għas-summit tal-G20 ddominat mix-xaqliba protezzjonista tal-amministrazzjoni Trump waslet għal aktar bejgħ tal-munita li kien diġà beda l-ġimgħa li għaddiet.

L-Isterlina waqgħet nofs fil-mija mill-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-Dollaru wara li kelliem għall-Prim Ministru Ingliża Theresa May qal li fid-29 ta’ Marzu se titlob formalment taħditiet biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Indiċijiet

Id-Dow Jones żdied b’0.09% fil-bidu tan-negozju fl-Istati Uniti iżda l-indiċi fl-Ewropa kienu b’mod ġenerali aktar baxxi.

Il-FTSE 100 tilef 0.06%; l-iSTOXX 50 b’0.15%; id-DAX b’0.25% u l-CAC 40 b’0.17%.

It-Topix tilef 0.43% u l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta kellu tnaqqis ta’ 0.05%.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien negattiv b’mod ġenerali. Kien hemm żieda ta’ 0.61% fil-prezz tal-Malta International Airport u ta’ 0.05% fl-HSBC Bank Malta.

Min-naħa l-oħra, il-Bank of Valletta tilef 0.45%; il-Malita Investments 0.66% u l-GlobalCapital 2.86%.

Bonds Lokali

Fis-suq tal-bonds lokali, is-sentiment kien pożittiv. L-Eden Finance 2020 żdiedu b’1.79%; il-Mediterranean Investments Holdings denominati fid-Dollaru 2017 1.01%; il-Premier Capital 2026 b’0.50%; Is-Central Business Centres 2021 b’0.46% u l-Bank of Valletta 2018 b’0.10%.

Iżda il-GAP Group 2023 u l-Bank of Valletta 2019 tilfu 0.01% u 0.34% rispettivament.

Indikaturi ekonomiċi

L-indiċi tal-prezz tal-produzzjoni fil-Ġermanja x-xahar li għadda żdied inqas milli kien mistenni,. F’rapport, id-Destatis qal li l-inflazzjoni fil-prezz tal-produzzjoni tela’ għal 0.2% rata annwali aġġustata staġjonevolment minn 0.7% fix-xahar ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew żieda ta’0.3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa b’madwar 1% hekk kif l-investituri komplew inaqqsu ċ-ċansijiet ta’ prezz ogħla wara t-tnaqqis rekord tal-ġimgħa li għaddiet minħabba t-tħassib li l-produzzjoni dejjem tikber taż-żejt fl-Istati Uniti tista’ tfixkel il-ftehim immexxi mill-OPEC għall-qtugħ fil-produzzjoni.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-għola livell illum, hekk kif tbaxxa sewwa d-dollaru wara d-dominanza tal-politika protezzjonista Amerikana fis-summit tal-G20.

Share this Story[social_share/]