BarraninLokali

Jogħla l-prezz tad-deheb fost tħassib bl-elezzjoni Franċiża u l-Korea ta’ Fuq

Muniti Kontra l-Ewro

L-indiċi tad-dollaru kompla bit-telf ta’ aktar kmieni hekk kif l-aħħar dejta dwar il-qgħad domestiku l-attività kummerċjali fir-reġjun Mid-Atlantiku ma biddlux il-fehma tal-investituri ta’ tkabbir ekonomiku modest u inflazzjoni baxxa.

L-isterlina ssaħħet kontra dollaru aktar dgħajjef bi stħarriġ tal-opinjoni pubblika b’saħħithom għall-Konservattivi tal-Prim Ministru Theresa May iżidu l-istennija li l-elezzjoni ta’ Ġunju tista’ tagħti mandat b’saħħtu għal sentejn ta’ taħditiet dwar il-Brexit.

Iddollaru Kanadiż estenda t-telf kontra dak Amerikan, u tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn xahar hekk kif waqgħu sewwa l-prezzijiet taż-żejt, li huma prodott ewlieni tal-esportazzjoni Kanadiża.

Indiċijiet

L-indiċijiet fl-Ewropa ftit li xejn kellhom bidla ħlief il-CAC 40 li kellu żieda ta’ qrib il-1%. Kmieni wara nofsinahr il-FTSE100 kien qed jitlef xi ftit hekk kif il-parti l-kbira tal-kumpaniji ikkwotati esposti għad-dollaru, qed jaġġustaw rwieħhom għal mossi riċenti tal-isterlina kontra d-dollaru.

Id-Dow Jones deher għal ftuħ pożittiv.

L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta kien ftit l-ogħla mill-għeluq ta’ qabel.

Ishma Lokali

Il-Plaza Centres illum kellhom wirja tajba bis-sehem jiżdied kważi 5%. L-ishma tal-Bank of Valletta għalqu f’€2.24 jew 0.45% ogħla mill-aħħar prezz. Il-GO u l-RS2 Software naqsu fil-prezz.

Bonds Lokali

F’sessjoni attiva fil-bonds, il-Bank of Valletta 2020 kienu fuq quddiemnett b’żieda ta’ 2.5% segwiti mill-GAP b’żieda ta’ inqas minn 1%.

Fuq in-naħa negattiva, il-Pendergardens Developments 202o tilfu aktar minn 5% segwiti minn Hili Properties 2025. Kien reġistrat xi tibdil żgħir f’għadd ta’ bonds oħrajn.

Indikaturi Ekonomiċi

L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro kienet kif mistennija u skond t-tħabbira ta’ qabel ta’ 1.5% hekk kif l-inflazzjoni fiż-żona tal-munita unika qed tistabilizza ruħha taħt il-mira ta’ 2% stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt jistgħu jerġgħu jitbaxxew sa tmiem is-sena minħabba ż-żieda mgħaġġla fil-produzzjoni taż-żejt shale mill-Istati Uniti. Dan skond ma qal kmieni llum il-kap eżekuttiv tal-kumpanija taż-żejt u l-gass Franċiża, Total. Iż-żejt illum tilef mdwar 0.4%.

Il-prezz tad-deheb ikkonsolida ruħu wara l-akbar waqgħa għal jum wieħed f’aktar minn sitt ġimgħat, għax sab appoġġ mill-irtirar mid-dollaru u tħassib dwar il-Korea ta’ Fuq u l-elezzjoni Franċiża.

Share this Story[social_share/]