BarraninLokali

L-ikbar tkabbir fil-manifattura Ġermaniża fi tliet snin

manufacture-germany

Muniti Kontra l-Ewro

Id-Dollaru Amerikan illum irkupra mill-inqas rata f’ġimagħtejn kontra basket ta’ muniti, għalkemm in-negozju kien baxx għax bosta swieq finanzjarji kienu magħluqin għal btala tal-Ewwel tas-Sena. Id-dollaru kien tela’ għall-ogħla rata f’14-il sena f’Diċembru imsaħħaħ mit-tamiet qawwija li l-Federal Reserve tal-Istati Uniti ser jgħolli r-rati tal-interessi  mill-inqas tliet darbiet din is-sena, u li l-President elett Donald Trump ser jespandi l-ekonomija u jgħolli l-inflazzjoni bi programm ta’ espansjoni finanzjarja.

Id-Dollaru Kanadiż issaħħaħ max-xejra ta’ dak Amerikan waqt li l-bqija tal-muniti ftit li xejn iċċaqilqu kontra l-ewro.

Indiċijiet

Il-boroż tar-Renju Uniti, l-Istati Uniti u l-Ġappun kienu magħluqin għal btajjel llum waqt li negozju limitat seħħ bnadi oħra hekk kif l-investituri bdew jirritornaw mill-btajjel. Fl-Ewropa, il-boroż bdew is-sena l-ġdida b’riżultati’pożittivi fejn id-DAX żdied bi kważi 1% u l-iSTOXX 50 ul-CAC 40 żdiedu ftit aktar minn 0.5%. Ma kien hemm ebda negozju llum llum fil-Borża ta’ Malta. In-negozju lokali jissokta għada.

Indikaturi Ekonomiċi

It-tkabbir fis-settur tal-manifattura tal-Ġermanja laħaq l-ogħla livell fi kważi tliet snin  matul Diċembru, xprunjat minn domanda mill-Asja u mill-Istati Uniti, skont stħarriġ maħruġ illum li juri wkoll li s-settur ser jikkontribwixxi għall-espansjoni fir-raba’ kwart tas-sena li għaddiet.

L-indiċi Markit għas-settur tal-manifattura, li jagħmel kważi wieħed minn kull ħamsa tal-ekonomija Ġermaniża, tela’ għal 55.6 minn 54.3 f’Novemb ru biex jilħaq l-ogħla livell f’35 xahar.

Iċ-ċifra kienet ogħla ferm miċ-ċifra ta’ 50 li tifred it-tkabbir minnn tnaqqis ekonomiku.

Prodotti Essenzjali

Skond l-esperti din mistennija tkun sena fejn ikun hemm akkwisti ta’ kumpaniji fis-settur taż-żejt hekk kif l-investituri jidħlu biex jiksbu l-aħjar minn flushom f’ambjent ta’ prezzijiet taż-żejt aktar sodi.

Bil-parti l-kbira tal-analisti jipprevedu prezzijiet taż-żejt moderament aktar f’saħħithom matul l-2017, dawk fl-industrija li għandhom il-flus f’idejhom ikollhom jaraw jekk jaqblilhomx li jiksbu assi ta’ rivali b’nuqqas ta’ flus jew jonfqu flushom fir-riċerka u fl-iżvilupp tar-riżorsi tagħhom stess.

Il-prezzijiet tad-deheb u tal-fidda ftit li xejn iċċaqilqu llum bi ftit tnaqqis sakemm is-suq jaġġustra ruħu wara negozju fqir.

Share this Story[social_share/]