BarraninLokali

L-ishma fl-Ewropa jaqgħu għall-anqas livell f’seba’ ġimgħat

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru tbaxxa qabel id-deċiżjoni nhar l-Erbgħa dwar ir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti. Min-naħa l-oħra l-isterlina reġgħet taħt pressjoni wara telf ta’ 2 ċenteżmi wara elezzjoni li tefgħet it-tieni l-akbar ekonomija fl-Ewropa f’kaos politiku.

L-Isterlina tilfet b’mod ġenerali hekk kif l-investituri mħassbin dwar l-impatt tal-perjodu ta’ inċertezza fuq ekonomija li diġà qed tbati qabel il-ftuħ tat-taħditiet biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea l-ġimgħa d-dieħla.

Indiċi

Ma kien hemm ebda bidla fid-Dow Jones fil-ftuħ tan-negozju.

L-ishma fl-Ewropa waqgħu għall-anqas livell f’seba’ ġimgħat hekk kif l-istokks tat-tekonoloġija kienu taħt pressjoni. L-agħar waqgħa tal-kumpanija Apple f’14-il sena f’Wall Street nhar il-Ġimgħa, wasslet għal mewġa ta’ teħid tal-profitt fuq l-istokks tat-teknoloġija li għandhom valur għoli u li kienu telgħu għal-livelli rekord.

Id-dgħufija fl-istokks tat-teknoloġija infirxet fuq in-negozju fis-swieq finanzjarji madwar l-Ewropa, bil-manifatturi taċ-chips elettroniċi jkollhom telf kbir. Sadattant il-FTSE100 tbaxxa hekk kif l-investituri komplew jeżaminaw x’ser ifisser ir-riżultat inkonklussiv tal-elezzjoni għall-ekonomija u n-negozjati dwar il-Brexit.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali kien pożittiv. Il-Malta Properties Company kellhom żieda ta’ 5.38%; il-MIDI 1.59%; Simonds Farsons Cisk 0.66% u l-Bank of Valletta 0.41%.

Bonds

Anki s-suq tal-bonds lokali kien ġeneralment pożittiv. L-SD Finance żdiedu b’1.00%; il-Premier Capital 2026 b’0.49% u l-Bank of Valletta 2020 b’0.48%. Kien hemm tnaqqis ta’ 0.44% fl-International Hotel Investments 2026.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-produzzjoni industrijali fl-Italja kienet 0.4% taħt iż-żero dan ix-xahar, imqabbla mal-qari ta’ qabel ta’ 0.4%. Analisti kienu qed jistennew qari ta’ 0.2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb żdiedu hekk kif l-istokks Asjatiċi tbaxxew u d-dollaru ddgħajjef qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve ta’ din il-ġimgħa li jistgħu jagħtu ħjiel dwar il-passi taż-żidiet tal-interessi għall-bqija tas-sena. Iżda fi tmiem il-jum id-deheb tilef 0.17%.

Il-prezz taż-żejt żdied biex temm tlitt ijiem ta’ telf, wara li x-xerrejja bil-quddiem żiedu s-sentiment dwar żieda fil-prezz anki jekk iż-żieda fit-tħaffir fl-Istati Uniti  għenet biex tkompli l-provvista żejda.

Banif daily tables 12 06 17

Share this Story[social_share/]