BarraninLokali

L-Isterlina tieħu tisbita hekk kif it-Renju Unit spiċċa f’kaos politiku

Muniti

L-Isterlina ħadet tisbita wara r-riżultat elettorali sorprendenti għall-Prim Ministru Theresa May li tefa’ lir-Renju Unit f’kaos politiku jiem biss qabel il-ftuħ tat-taħditiet dwar Brexit.

Id-Dollaru tal-Awstraljan u ta’ New Zealand żdiedu għall-ogħla rati f’ġimgħat sħaħ kontra l-Isterlina wara l-elezzjoni biż-żewġ dollari jagħmlu żidiet qawwija matul il-ġimgħa.

Indiċijiet

L-istokks fl-Istati Uniti temmew is-sessjoni mingħajr ebda tibdil, waqt li d-Dollaru avvanza hekk kif il-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi u x-xhieda mill-ex Direttur tal-FBI James Comey ftit li xejn affetwaw lis-swieq finanzjarji. Id-Dow Jones kellu żieda ta’ 0.98% għal din il-ġimgħa.

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu mħallta. Il-FTSE 100 kellu l-akbar żieda minn April wara r-riżultat elettorali. Iżda l-effett kien inqas fi swieq oħrajn, hekk kif irtirat il-volatilità fl-Ażja.

It-Topix tal-Ġappun żdied b’0.1% waqt li l-Nikkei 225 kellu żieda ta’ 0.5%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt tilfu llum wara tnaqqis qawwi matul din il-ġimgħa, taħt pressjoni minn evidenza ta’ provvista qawwija żejda tal-fjuwil minkejja l-isforzi tal-OPEC biex tonqos il-provvista billi titnaqqas il-produzzjoni.

Il-prezz tilef 0.4% għal $45.51 kull barmil. Iż-żejt mhux maħdum tilef 4.7% għal din il-ġimgħa hekk kif żieda mhux mistennija fil-ħażniet taż-żejt mhux maħdum fl-Istati Uniti tefgħet dubbji fuq kemm l-OPEC hija kapaċi li tibbillanċja mill-ġdid is-swieq mondjali taż-żejt mhux maħdum.

Il-prezz tad-deheb waqa’ għat-tielet ġurnata illum hekk kif id-Dollaru Amerikan issoda wara li l-elezżzjoni ġenerali fir-Renju Unit ma tat maġġoranza parlamentari lill-ebda partit għalkemm il-parti l-kbira tal-investituri warrbu l-inċertezza.

Il-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla mistennija aħbarijiet importanti, fosthom id-deċizjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve meta l-membri tal-Federal Open Market Committee ser jivvutaw dwar dan. L-investituri jistennew ħafna l-bdil fir-rati tal-interess għax ir-rati fuq terminu qasir huma fattur primarju fil-valutazzjoni ta’ munita. F’dan il-każ, ċifri ogħla jkunu pożittivi għad-Dollaru waqt li l-0kuntrarju jkunu negattivi.

Share this Story[social_share/]