Barranin

L-isterlina tmiss l-anqas rata fi tliet ġimgħat

Muniti

L-isterlina lbieraħ messet l-anqas rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif ġabra mħallta ta’ statistika dwar il-produzzjoni u l-kummerċ ftit li xejn bidlu s-sentiment ikrah tal-investituri dwar l-ekonomija Ingliża li qed titħabat biex tilħaq il-miri tal-Bank of England.

Kemm il-frank Żvizzeru kif ukoll il-yen żdiedu kontra d-dollaru din il-ġimgħa, wara li l-President Trump wissa lill-Korea ta’ Fuq li tiffaċċja “in-nar u l-qilla” jekk thedded lill-Istati Uniti.

Indiċi

Wall Street għalaq bi tnaqqis qawwi wara li l-President Trump tenna r-retorika iebsa tiegħu u wissa lill-Pyongyang dwar xi attakk fuq Guam jew l-alleati tal-Istati Uniti wara li l-Korea ta’ Fuq ħabbret pjani biex tispara missili fuq il-Ġappun biex jillandja qrib territorju tal-Istati Uniti fil-Paċifiku.

In-negozjanti kienu qed jistennew li l-bejgħ qawwi jestendi fis-sessjoni Ewropea, bil-firxa finanzjarja aħjar, is-CMC Markets jistennew li d-DAX u l-CAC 40 jiftħu bi tnaqqis ta’ madwar 0.7% kull wieħed u l-FTSE 100 jiftaħ bi tnaqqis ta’ 0.55%.

Kommoditajiet                                                        

Il-prezzijiet taż-żejt illum waqgħu 1% biex laħqu l-inqas livell f’ġimagħtejn, miġbuda ‘l isfel minn tħassib dwar provvisti żejda minkejja tnaqqis aktar milli kien mistenni fl-inventarji taż-żejt mhux maħdum tal-Istati Uniti.

Il-prezzijiet tad-deheb żammew sodi wara li llum laħqu l-ogħla livell f’aktar minn ġimagħtejn, hekk kif it-tensjoni li dejjem tikber bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq qed ikabbru l-bejgħ ta’ assi siguri.

Il-Ġimgħa d-Dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla jkollha bosta stqarrijiet ekonomiċi mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. Waħda mill-aktar importanti huma l-minuti tal-Federal Open Market Committee li huma ġabra ddettaljata tal-laqgħa tal-kumitat dwar l-iffissar tal-politika li saret madwar ġimagħtejn qabel. Il-minuti joffru ħjiel iddettaljat dwar il-fehma tal-Kumitat dwar il-politika monetarja. Għalhekk negozjanti fil-muniti jeżaminawhom b’attenzjoni għal xi ħjiel dwar il-prospetti ta’ deċiżjonijiet future dwar ir-rati tal-itneressi.

Share this Story[social_share/]