BarraninLokali

Qed jistennew il-wegħda ta’ Trump li jnaqqas it-taxxa tan-negozji

trump business

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru laħaq l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-yen hekk kif l-investituri qed jerġgħu jiffokaw fuq il-passi biex tiżdied l-inflazzjoni, politika li ddominat wara l-elezzjoni tal-President Trump iżda li waqfet din il-ġimgħa.

Kulħadd moħħu fuq ix-xhieda mill-President tal-Federal Reserve Janet Yellen din il-ġimgħa wara sinjali li aktar membri tal-bord tal-Federal Reserve qed jappoġġaw aktar żidiet fir-rati tal-interessi mit-tnejn li s-swieq qed jaħsbu li jitwettqu. Id-dollaru Kanadiż tbaxxa kontra dak Amerikan aktar b’saħħtu wara li l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ltaqa’ mal-President Trump fil-White House.

Indiċijiet

Id-Dow Jones illum kellu żieda ta’ 0.50% mal-ftuħ tan-negozju.

Il-FTSE100 żdied b’0.44% u l-indiċijiet Ewropej l-oħrajn kollha żdiedu b’aktar minn 1%. Numru ta’ kumpaniji fl-Istati Uniti għandhom għajnejhom mitfugħa fuq il-President Trump, u wegħda milli għamel, dik li jnaqqas it-taxxa tal-kumpaniji, qed interessahom aktar minn kull ħaġa oħra.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti llum fis-sessjoni tal-ishma lokali b’Simonds Farsons Cisk u l-Malta Properties Company fuq quddiem nett u żdiedu b’1.30% u 1.27% rispettivament. International Hotel Investments tilfu 1.38%.

Bonds Lokali

Kien hemm żieda f’bond wieħed biss, il-Premier Capital 2026 li żdied b’0.99%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-indiċi tal-prezzijiet bl-ingrossa fil-Ġermanja żdied aktar milli kien mistenni x-xahar li għadda. F’rapport, l-aġenzija Destatis qalet li l-indiċi tela’ għal 0.8% minn 1.2% fix-xahar ta’ qabel. L-analisti kienu qed jistennew żieda ta’ 0.3%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt llum waqgħu bi tweġiba għal evidenza li l-produzzjoni mill-Istati Uniti qed tiżdied, iżda t-telf kien limitat miċ-ċifri uffiċjali tal-produzzjoni mill-OPEC li juru li l-produtturi qed jimxu sa 93% mal-ftehim għat-tnaqqis tal-produzzjoni.

Iż-żejt mhux maħdum Brent, li huwa l-prezz ta’ referenza, tbaxxa għal $55.86 kull barmil. Iż-żejt mhux maħdum West Texas Intermediate Oil naqas b’1.34% illum għal $53.14 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa bi ftit inqas b’0.94% fin-negozju fl-Ewropa dalgħodu hekk kif l-azzjonijiet riċenti mill-President Trump għenu jtaffu t-tħassib tal-investituri dwar l-inċertezza dwar il-politiki kontroversjali tal-amministrazzjoni l-ġdida.

Share this Story[social_share/]