Attivita

Malta-Ġżira ta’ Kulturi differenti fil-Meditteran

It-tim tal-Malta Baby & Kids Directory għandhom il-pjaċir iħabbru li reġa wasal iż-żmien ghall-inċentiva anwali tagħhom- kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal ta’ bejn l-4 snin u l-14-il sena.

Din is-sena, tista tkun it-tpinġija ta’ wieħed mit-tfal tiegħek li izżejjen il-qoxra tal-ktieb li jmiss tal-Malta Baby & Kids Directory, li se jkun ippublikat f’Lulju li ġej. It-tema tassew xierqa tal-kompetizzjoni din is-sena’ hija-‘Malta-Ġżira ta’ Kulturi Differrenti fil-Mediterran’ li tista’ tiġi nterpretata b’kwalunkwe mod astratta jew realistika. B’din it-tema tassew oriġinali u importanti, il-‘Malta Baby & Kids Directory’ jixtiequ jagħmlu emfasi fuq id-diversita’ fil-kultura tagħna mal-generażżjoni li jmiss.

Din is-sena il-kompetizzjoni tal-arti tal- ‘Malta Baby & Kids Directory’ huwa possibli bil-kollaborazjoni ta’ VeeGeeBee Art. Hemm ukoll ħafna premijiet x’jintrebħu min l-artisti li jieħdu sehem:

  • Żewg vowcers u 11-il sett tat-tpingija tal-VeeGeeBee Art.
  • Żewġ vowcers għal lis-‘Spinach Fitness Club’ ġewwa in-Naxxar.
  • Logħba ‘Logo- What Am I?’ mingħand Spells Toy Shop f’Ħ’Attard
  • Dħul b’xejn għal familja ta’ erbgħa ġewwa il-‘Splash n’ Fun Water Park’, Baħar iċ-Ċagħaq.
  • Kejk ta’ Lulu Coffee Shop f’Ibragg
  • Total ta’ 13-il vażett tal-ħelu min għand Candylicious ta’ San Gwann.

It-tim ta’ Malta Baby & Kids Directory jappellaw lilkom biex tinkoraġixxu lil uliedkom, l-istudenti tagħkom u/jew l-ħbieb biex jippartecipaw u jibgħatu t-tpinġijiet tagħhom.

Biex jipparteċipaw, huma mitluba li jibgħatu t-tpinġijiet tagħhom, li jridu jkunu fuq karta tal-A4 jew A3, u jistgħu jkunu f’kwalunkwe media inkluż lapes tal-kulur, żebgħa taż-żejt, ‘watercolour’ jew ‘crayon’ eċċ., sa’ l-aħħar ta’ Mejju 2015 lil ‘Malta Baby & Kids Directory Painting Competition’, The Definitive(ly) Good Guide Co, 34, Triq il-Palazz ta’ l-Isqof, Birgu, BRG 1153. L-artisti ghandhom jiktbu isimhom, id-data tat-twelid, l-indirizz tal-e-mail, telefown u d-dettaliji ta’ l-iskola fuq wara tat-tpinġija. Għal aktar informazzjoni ibgħat e-mail fuq [email protected] jew ċempel 21802383.  Tista’ ssib iktar dettalji dwar il-kompetizzjoni fuq www.maltababyandkids.com.