Barranin

14 jindarbu wara li ajruplan iġġarraf fl-ajruport tas-Sudan t’Isfel

Minn tal-anqas 14-il passiġġier indarbu wara li ajruplan iġġarraf fl-ajruport tas-Sudan t’Isfel. L-inċident seħħ aktar kmieni llum fl-ajruport tal-belt Wau meta l-ajruplan iġġarraf waqt l-inżul, x’aktarx minħabba l-maltemp u viżilbilità ħażina. Kelliem għall-Ministeru tal-Informazzjoni qal li minkejja li ħadd ma miet, mal-14-il persuna ttieħdu l-isptar, bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. L-ajruplan tal-linja tal-ajru South Supreme Airlines kien wasal biex itemm it-titjira li telqet mill-belt kapitali Juba.