Barranin

19-il student imutu fl-Afrika t’Isfel wara ħabta bejn minibus u trakk

Fl-Afrika t’Isfel raġel u 19-il tifel u tifla tal-iskola mietu meta l-minibus li kienu fuqu baqa’ dieħel fi trakk. L-aċċident seħħ fit-Tramuntana tal-kapitali Pretoria. Mal-ħabta, il-minibus ħa n-nar. Malli ntfew in-nirien il-paramediċi taw l-ewwel għajnuna lit-tfal bi 13 minnhom ġew iddikjarati mejta fuq il-post filwaqt li l-oħrajn mietu kawża tal-ġrieħi li ġarrbu.