Lokali

AD titlob li jiġu eżaminati l-fatti u d-dokumenti kollha

Wara d-dettalji ppubblikati minn Daphne Caruana Galizia, l-Alternattiva Demokratika fi stqarrija sejħet għal investigazzjoni immedjata biex ikunu eżaminati l-fatti u d-dokumenti kollha u jittieħdu l-passi kriminali li jirriżultaw meħtieġa. Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Arnold Cassola filwaqt li kkritika l-imġiba tal-Kumissarju tal-Pulizija, stieden lis-sinjura Caruana Galizia biex tippubblika d-dokumenti li jissostanzjaw l-allegazzjonijiet tagħha u biex tippreżentahom lill-membri tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew, li qed jinvestiga l-Panama Papers.