Barranin

Aktar minn 800 immigrant salvati mill-Mediterran

Aktar minn 800 immigrant ġew salvati minn fuq diversi dinghies u dgħajjes, f’dik li hija deskritta bħala waħda mill-aktar tmiem il-ġimgħa bieżla fil-Mediterran. L-operazzjoni ta’ salvataġġ damet sigħat twal, saħansitra matul il-lejl. L-immigranti ġew salvati madwar 12-il mil ‘il barra mill-kosta Libjana, bil-maġġoranza ta’ dawk salvati huma mill-Ghana, Sudan, Niġerja u l-Guinea.