Lokali

Aldo Moro tingħalaq għal 3 sigħat bi preparazzjoni għall-installazzjoni tal-Pont tal-Imrieħel

Transport Malta avżat li llejla Triq Aldo Moro se tingħalaq għal xi ħin biex jitneħħew strutturi bejn Ħal Far u l-Imrieħel bi preparamenti għall-ġarr tal-pont tal-Imrieħel. Fi stqarrija Transport Malta qalet li Triq Aldo Moro se tingħalaq bejn is-2.00 u l-5.00 ta’ filgħodu biex isiru dawn ix-xogħlijiet, u li l-karozzi se jgħaddu minn Triq Trou Bridge u Triq Prinċep Albertu. Sostniet li l-ġarr u t-tqegħid tal-pont ser isiru fil-ġranet li ġejjin. Transport Malta skużat ruħha għal kul inkonvenjenza, u appellat lis-sewwieqa jużaw toroq.