Lokali

Anzjan imut waqt li kien qed jgħum f’Marsalforn

Raġel ta’ 89 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-bajja ta’ Marsalforn Għawdex dalgħodu.

Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11.45, meta l-anzjan, li hu minn San Pawl il-Baħar, intlemaħ minn xi nies mitluf minn sensih f’wiċċ l-ilma.

Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart (1145hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-bajja ta’ Marsalforn, Għawdex.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iżjed tard huwa tilef ħajtu.