Lokali

Filmat – anzjan ta’ 85 sena jittajjar f’Ħal Għaxaq

Għall-ħabta tas-6.00 tal-lejla anzjan safa’ mtajjar minn vettura fi Triq San Filippu  f’Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija kkonfermat li l-anzjan ta’ 85 sena minn Ħal Għaxaq stess ittajjar minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 32 sena mill-Kalkara.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa iżda xhieda fuq il-post qalu li l-anzjan deher li sofra ġrieħi gravi.