Barranin

ARA: immigranti jidħlu b’dinghy f’nofs bajja mimlija nies fi Spanja

Persuni li kienu qegħdin jiddevertu fejn il-baħar f’bajja qrib Andalusia, fin-nofsinhar ta’ Spanja, sabu ma wiċċhom dinghy dieħel bl-immigranti.

Il-filmati juru lill-immigranti jaħarbu jiġru minn fuq id-dinghy. L-immigranti rnnexxielhom jaħarbu qabel ma’ waslu l-awtoritajiet fuq il-bajja.

S’issa mhux magħruf minn fejn telqu l-immigranti u l-pulizija Spanjola għadhom ma taw l-ebda kumment.