KurżitajietLokali

Ara l-mumenti kkuluriti u ċajtiera ta’ Juncker f’Malta

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker huwa magħruf għall-kummenti kkuluriti tiegħu fl-appuntamenti li jkollu mal-ġurnalisti, kif ukoll għall-battuti ċajtiera li juża mal-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet f’Malta, dawn il-karatteristiċi ta’ Juncker ma naqsux, kif tistgħu ssegwu f’dan il-filmat li matulu Juncker u Muscat jibbuttjaw lil xulxin iżda jirrifletti r-relazzjoni tajba li għandhom kemm fuq livell personali kif ukoll professjonali.