Barranin

Attakk f’post sagru fil-Pakistan iħalli 72 mejta u mijiet feruti

Minn tal-anqas 72 persuna, fosthom 20 tfal, inqatlu f’attakk suwiċida waqt ċelebrazzjoni reliġjuża mill-Musulmani fin-nofinhar tal-Pakistan. Minbarra l-mejta, kien hemm madwar 250 persuna feruta, bl-isptar tal-post li ma setax ilaħħaq mal-pazjenti.

L-aggressur spolda lilu nnifsu wara li tefa’ grenade f’nofs folla li kienet qed iżżur post sagru popolari iddedikat għall-qaddis tas-Sufisti Lal Shabaz Qalandar fil-belt Sehwan. Dak il-ħin l-eluf ta’ persuni preżenti kienu qed jieħdu sehem f’żifna reliġjuża.

L-attakk refa’ responsabbiltà għalih l-Istat Iżlamiku.