Barranin

Bajd ikkontaminat jinstab fi 15-il pajjiż fl-Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li 15-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea kif ukoll Hong Kong u l-Iżvizzera ħadu bajd infettat bl-insettiċidu Fipronil. Il-każ skatta fil-Belġju, bil-Kummissjoni Ewropea qalet li saret taf l-ewwel bil-kontaminazzjoni lejn l-aħħar tax-xahar li għadda u trid tara jekk il-Belġju kisirx ir-regoli talli ma avżax iktar qabel b’din is-sitwazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-Ministri Ewropej u r-regolaturi tard ix-xahar id-dieħel, filwaqt li sejħet biex jieqaf id-diżgwid bejn il-Belġju u l-Olanda li qed iwaħħlu f’xulxin dwar minn fejn oriġina l-każ tal-kontaminazzjoni tal-bajd.