Lokali

B’saqajha mdendlin mill-vann fi triq arterjali

Is-sħana bdiet tagħmel tagħha, u kulħadd jieħu gost b’naqra żiffa fl-eqqel tas-sħana. Uħud, iżda, jispiċċaw jitperrċu b’periklu għal ħajjithom.

Vann li  nhar l-Erbgħa filgħodu kien għaddej minn toroq arterjali fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ intlemaħ bil-bibien ta’ wara miftuħa u b’mara bilqiegħda fit-tarf tiegħu, b’saqajha saħansitra mdendlin ‘il barra.

Mhuwiex ċar għalfejn il-mara għażlet li tivjaġġa f’din il-pożizzjoni, jekk hux biex iżżomm l-affarijiet mgħobbija fil-vann, jew għax ma kienx hemm post għaliha fuq quddiem. Il-persuna li bagħtet ir-ritratti lil TVM qalet li hu żgur huwa li l-mara kienet tinsab fil-periklu.