Lokali

Busuttil jgħid lil Juncker li l-poplu jinsab iddiżappuntat

L-Oppożizzjoni kompliet tistqarr id-diżappunt tagħha bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Power Station meta l-President tal-Kummissjoni flimkien ma membri mill-kulleġġ tal-Kummissarji żaru l-Parlament għal laqgħa mal-Ispeaker u c-chairpersons tal-kumtati Parlamentari.

Waqt li indirizza lill-President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarji Ewropea, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-poplu Malti jinsab iddiżappuntat kemm bl-Unjoni Ewropea kif ukoll bil-Kummissjoni Ewropea għax ma lissnitx kelma waħda dwar il-korruzzjoni.

“And we have not seen anything coming out of the European Commission about this. And here you are today and you seem to have nothing to say about it. This is something very disappointing for Maltese people. And I’m being quite diplomatic here”, qal Dr Busutill.

Dr Bussutil kompla jilmenta għall-fatt li l-Kummissaraju tal-Enerġija li huwa wkoll il-viċi President tal-Kummissjoni indirizza konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru Konrad Mizzi f’Delimara.

Jean-Claude Juncker ma qabilx ma; Dr Busuttil u sostna li l-Kummissjoni għandha l-kompetenzi tagħha u ma tidħolx fil-kontroversji interni tal-pajjiżi membri tagħha.

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, waqt li laqa’ lill-kulleġġ tal-kummissarji, appellalhom biex jagħtu kas liċ-ċittadini, għax l-Unjoni Ewropea mhi xejn mingħajr ċittadini tagħha.

Aktar qabel fil-Palazz il-Belt, saru l-ewwel laqgħat uffiċjali tal-Presidenza Maltija mal-Kummissjoni Ewropea.

Il-laqgħat iffukaw fuq is-sigurtà, l-immigrazzjoni u l-ġustizzja li tmexxiet mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech flimkien mal-Ministri George Vella, Carmelo Abela u Owen Bonnici.

Laqgħa oħra trattat it-tkabbir, is-suq intern u l-politika ta’ koeżjoni kienu diskussi f’laqgħa li tmexxiet mill-Ministri Chris Cardona, Edward Zammit Lewis, Manuel Mallia u Anton Refalo flimkien mas-Segretarji Parlamentari Chris Agius, Ian Borg u Stefan Buontempo.

Is-servizzi finanzjarji, l-Unjoni Ekonomika Monetarja u l-Aġenda Soċjali, kienu diskussi fil-laqgħa li tmexxiet mill-Ministri Edward Scicluna, Michael Farrugia, Chris Fearne, Evarist Bartolo u Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.

L-aħħar laqgħa trattat l-enerġija, l-ambjent, il-klima u t-trasport, li tmexxiet mill-Ministri Konrad Mizzi, Jose Herrera u Joe Mizzi, flimkien mas-Segretarji Parlamentari Deborah Schembri u Roderick Galdes. Min-naħa tal-Kummissjoni, l-laqgħa tmexxiet mill-Kummissarju Ewropew Malti, Karmenu Vella.

“Il-prijoritajiet li ntagħżlu mill-Presidenza se jkollom is-support tal-Kummissjoni. Ovvjament wieħed irid jara kif se jiżvlġu l-affarijiet meta jibdew jiġu diskussji dawn il-prijoritajiet … Dan huwa challenge imma fl-istess ħin opportunita għal Malta. Kien hemm bosta preparamenti”, qal il-Kummissarju Vella.

Il-Kummissarju Vella qal li fost il-membri oħra tal-kummissjoni tinħass li Malta tinsab imħejjija tajjeb għall-presidenza.