Lokali

Dan il-prodott fih ingredjent mhux iddikjarat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat, permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott ‘The Complete Cookie – Chocolate Chip’ m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għall-ħalib minħabba li nstab li fih ingredjent bil-ħalib mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni tal-prodott:           The Complete Cookie – Chocolate Chip
Ditta: Lenny & Larry’s
Data tad-durabbiltà: Id-dati kollha bejn u inklużi s-7/11/2017 u

t-30/11/2017

Lott: 20151001
Oriġini: Stati Uniti

Il-kumpanija involuta ddikjarat li l-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333.