Lokali

Deċiżjoni fil-ġimgħat li ġejjin dwar il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi

race_track

Il-Magħtab u ż-żona Ta’ San Niklaw fis-Siġġiewi mhux qed jiġu kkunsidrati biex fihom issir korsa għat-tlielaq tal-karozzi. TVM huwa infurmat li d-deċiżjoni dwar da nil-proġett mistennija titħabbar fi ftit taż-żmien ieħor. Sorsi infurmati qalu lil Television Malta li da nil-proġett qajjem interess internazzjonali u għamlu proposti l-konsorzji internazzjonali b’esperjenzi f’korsi tat-tlielaq tal-Formula 1.

Id-dillettanti tal-karozzi fosthom Alfred Farrugia tal-Malta Automobile Club jinsab iffrustrat li sewwa sew bħal lum 49 sena ilu rċieva l-ewwel ittra formali mill-Gvern biex l-Airstrip ta’ Ta’ Qali tintuża għall-perjodu ta’ xahar għat-tlielaq tal-karozzi. Ix-xewqa għall-korsa tat-tlielaq iżda sal-lum baqgħet biss ħolma anke jekk kienet f’ħafna manifesti elettorali li ħarġu minn dak iż-żmien l’hawn.

Alfred Farrugia żied jgħid li hu mhux l-unika persuna li lest juża il-vot biex il-partiti iwettqu l-wegħda tagħhom.

“Jekk mhux ħa jsir xi ħaġa anke minn dan il-Gvern stess li għalinqas jagħmel l-ewel ġebla, eluf ta dilettanti se jibdew ma jatux kas aktar u ma jivvutawx”, qal Farrugia.

Il-President tal-Federazzjoni tal-Motorsport Tonio Cini qal li kważi sena ilu għalqet l-espressjoni ta’ interess u kien hemm  ħames konsorzji li wrew interess.

“Milli nafu aħna ghax iltqajna ma’ wħud mill-invetsitutri, nafu li hemm investituri kbar. Nistgħu ngħidu li hemm ir-Renzo Piano tad-design r-racetracks tad-dinja u huma għatxana għall-informazzjoni”, qal il-President Malta Motorsport Federation, Tonio Cini.

Sorsi qrib is-Segretarjat parlamentari għall-isport qalu lil Television Malta li qed jiġu kkunsidrati l-postijiet li l-inqas iħallu impatt. L-istess sorsi qalu li l-korsa żgur mhux ser issir fil-Magħtab u lanqas f’San Niklaw fis-Siġġiewi, f’Għawdex u Ta’ Qali wkoll mhux qed jiġu kkunsidrati u ġie eskluż ukoll li l-korsa tat-tlielaq issir fuq art reklamata mill-baħar. L-għażla tal-post hija wġiegħ ta’ ras, qalulna s-sorsi, għax iddur fejn iddur jidher li ftit jew wisq se tmiss f’art ODZ/

“Ħadd ma jistenna li din ħa tiġi allokata fil-pjazza ta’ xi raħal.

Ma nħarsux lejn dan il-proġett bħala –  ‘ODZ mela le’. U ħa nitkellem straight iż-żewġ partiti politiċi qalu li ħa jiddiskutuh għax dan hu proġett nazzjonali.

Is-Sur Ċini qal li dan il-proġett mhux biss biex jissodisfa l-passjoni tad-dilletanti tal-karozzi iżda huwa utli għat-taghlim tal-karozzi u dixxiplini sportivi oħra. L-awtoritajiet għal ragunijiet anke kummerċjali, waqt li eskludew ċerti postijiet mhux jgħidu żoni oħra li qed ikunu kkunsidrati attivament. Madankollu skont sorsi infurmati d-deċiżjoni mistennija titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.