Barranin

Elezzjoni Franza: kollox jindika li Macron se jingħata mandat qawwi fil-Parlament

Xahar wara li eleġġew lil Emmanuel Macron bħala l-President il-ġdid tal-pajjiż, il-Franċiżi mill-ġdid joħorġu jivvotaw, din id-darba fit-tieni rawnd tal-elezzjonijiet parlamentari biex jintgħażlu dawk il-kandidati li l-Ħadd li għadda ġabu l-aktar voti. Kollox jindika li Macron se jingħata mandat qawwi fil-Parlament. Biex ikun jista’ jikkontrolla l-Assemblea Nazzjonali ta’ 577 siġġu, partit irid jirbaħ 289 siġġu. Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, dak ta’ Macron mistenni jirbaħ aktar minn 400 siġġu.