Barranin

Familji mifruda mill-ħajt tal-fruntieri tal-Messiku jiltaqgħu ħdejh biex jitkellmu

Il-ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku laqat fil-laħam il-ħaj lil ħafna familji li spiċċaw mifruda u jinġabru kull nhar ta’ Ħadd biex jitkellmu minn bejn il-ħajt tal-ħadid. Dan huwa l-uniku kuntatt biex jaraw lil xulxin. F’quddiesa li saret maġenb din il-fruntiera, l-Arċisqof Rafael Moreno Barron fakkar fid-dinjità ta’ kull persuna li taqsam minn pajjiż għall-ieħor biex issib ġejjieni aħjar. Dan huwa l-uniku post tul il-fruntiera fejn dawn il-laqgħat jistgħu jsiru.