Barranin

Filmat – għargħar f’Arizona jħalli 9 mejta, fosthom tfal

F’Arizona l-Istati Uniti, għerqu mill-anqas disa’ persuni, tnejn minnhom tfal, minħabba għargħar ikkawżat minn maltempati u xita qawwija. lLgħargħar li seħħ ħabta u sabta f’reġjun li huwa ikkaratterizat minn nixfa.

Il-vittmi kienu qed jgħumu fi xmara fejn dak il-ħin ma kienx hemm xita. Madankollu l-Protezzjoni Ċivili qalet li  l-kurrenti nħolqu meta bl-għargħar inġarru  l-fdalijiet tan-nirien tal-foresti li seħħew fl-aħħar xhur għal ġo żona popolari għall-għawm. Madwar 14-il persuna nġarru mill-kurrenti ‘l isfel fix-xmara East Verde.

L-awtoritajiet ikkonfermaw li qed ifittxu persuna oħra li kienet irrappurtata nieqsa fiż-żona li tinsab madwar disgħin mil lil hinn minn Phoenix, Arizona.