Barranin

FILMAT: Il-mument x’ħin karozza baqgħet dieħla fuq in-nies f’Times Square

Kamera tas-sigurtà ta’ kumpanija f’Times Square, qabdet il-mument eżatt x’ħin karozza baqgħet dieħla fuq in-nies f’Manhatten ilbieraħ.

Is-Sindku ta’ New York, Bill de Blasio, qal li ex uffiċjal tan-navy saq il-karozza dritt għal ġo nies, biex qatel tfajla ta’ 18-il sena u darab 22 oħra. De Blasio qal li m’hemmx indikazzjonijiet li dan kien att terroristiku.

Persuni li raw l-inċident qalu li l-karozza baqgħet tinstaq fuq il-bankina għal madwar tliet blokkijiet u tajret diversi persuni, sakemm laqtet arblu u waqfet f’45th Street.