Lokali

FILMAT: Jisraq donazzjonijiet għal persuni bl-ALS

Jekk tagħraf lil dan ir-raġel għamel rapport lill-Pulizija. Sid ta’ ħanut f’Birkirkara qed jappella dan lill-pubbliku wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, dan ir-raġel seraq bott mill-ħanut tiegħu fi Triq Gummar, li kien fih donazzjonijiet għal persuni bl-ALS. Ir-raġel inqabad fuq filmati tas-cctv, fejn jidher jiċċekkja sew li mhu qed jarah ħadd u x’ħin jassigura dan, ikun pront jaqbad il-qmis li kellu fuq spalltu, jaħbi l-bott fiha u jitlaq ‘il barra mill-ħanut.