Lokalimalta

Filmat: Maltija li tgħix Londra tgħaddi minn quddiem il-Moskea ftit ħin qabel l-attakk

Tfajla Maltija li tgħix Londra fejn qed tistudja biex tikseb dottorat minn King’s College stqarret ma’ Television Malta li setgħet ġietha ħafna agħar hekk kif 40 minuta qabel l-attakk għaddiet minn ħdejn il-moskea. F’intervista ma’ TVM, Hillary Briffa spjegat li ilha għal dawn l-aħħar sentejn u nofs tgħix biss pass ‘il bogħod mill-moskea f’Finsbury Park.