Lokalimalta

FILMAT: pulizija jeħlisha ħafif wara li tkaxkar bil-mutur minħabba fuel fit-triq

Pulizija tat-traffiku ħelisha ħafif wara li għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu kien involut f’inċident bil-mutur taħt il-mina ta’ Santa Venera.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri lill-kuntistabbli tal-pulizija jaqa’ minn fuq il-mutur hekk kif kien dieħel taħt il-mina. Il-mutur jidher jibqa’ jitkaxkar għal bosta metri waqt li l-pulizija jidher iqum fuq saqajh quddiem karozza li waqfet eżatt quddiemu.

Steven Camilleri, il-persuni li ġibed il-filmat qal li l-pulizija jidher li żelaq fuq xi żejt li waqa’ fit-triq waqt li appella lis-sewwieqa tal-muturi biex joqogħdu attenti għall-periklu fit-triq.

(Id-data u l-ħin fil-filmat mhumiex korretti)