Lokali

F’Novembru l-iżbilanċ kummerċjali naqas bi kważi €92m fuq l-istess xahar tal-2015

freeport

Ċifri provisorji juru li f’Novembru l-iżbilanċ kummerċjali ta’ Malta naqas bi kważi €92 miljun meta imqabbel ma’ Novembru tal-2015.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’Novembru, l-iżbilanċ kummerċjali kien ftit anqas minn €103 miljun. It-tnaqqis fl-iżbilanċ kien b’riżultat ta’ tnaqqis ta’ kważi €14-il miljun fl-importazzjoni u żieda ta’ aktar minn €78 miljun fl-esportazzjoni.

Minkejja t-titjib fl-iżbilanċ f’Novembru, iċ-ċifri tal-NSO juru li bejn Jannar u Novembru, l-iżbilanċ kummerċjali żdied bi kważi €3 miljun u laħaq €2,708 miljun.