Barranin

Franza tfakkar Jum Bastilja u l-100 sena mindu l-Istati Uniti daħlet fl-Ewwel Gwerra

Sigurtà stretta fil-qalba ta’ Pariġi hekk kif Franza llum tfakkar il-Jum tal-Bastilja, meta fl-1789 bdiet ir-rivoluzzjoni Franċiża. Il-President Amerikan Donald Trump li qed iżur Franza u lbieraħ kellu taħdit uffiċjali mal-President Franċiż Emannuel Macron, qed jattendi wkoll dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li l-qofol tagħhom qed jintlaħqu fix-Champs Elysees. Din is-sena ċ-ċelebrazzjonijiet għandhom tifkira doppja, hekk kif qed jitfakkar il-mitt sena mindu l-Istati Uniti daħlet fl-Ewwel Gwerra Dinjija u anke t-tifkira tar-rivoluzzjoni li bdiet mill-ħabs ta’ Bastilja.