Lokali

Għaqda ddedikata lil vittma ta’ ħabta tagħti breathalyzers lill-Pulizija t’Għawdex

L-għaqda J.E.S.S, iddedikata għal Jessica Tabone li kienet vittma ta’ inċident, tat żewġ breathylzers b’donazzjoni lill-Pulizija t’Għawdex. Jessica Tabone kellha 22 sena meta tilfet ħajjitha f’ħabta frontali f’Għawdex.

L-għaqda twaqqfet bl-iskop li tiżdied is-sigurtà fit-toroq billi xxerred informazzjoni dwar il-limiti ta’ veloċità fit-toroq maġġuri f’Għawdex, kampanji ta’ edukazzjoni, u issa wkoll l-għoti ta’ breathalyzers. Sal-lum il-Pulizija f’Għawdex kellhom breathalyzer wieħed biss.

Iċ-ċerimonja saret fil-Ministeru ta’ Għawdex, u għaliha attendiet il-Ministru Justyne Caruana u s-Supretendent Antonello Grech.