Barranin

FILMAT: 23 midruba u mara mejta wara li saq għal fuqhom f’Times Square

Tela’ għal 23 l-ammont ta’ persuni li ndarbu wara li karozza baqgħet dieħla għal fuqhom f’inċident li seħħ l-Ħamis f’Times Square fi New York. Mara oħra tilfet ħajjitha.

Ritratti li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali juru karozza tal-għamla Honda ta’ lewn aħmar maqluba fuq ġenb fuq il-bankina bid-duħħan u nar ħiereġ minnha.

Ritratti oħrajn juru wkoll lill-midruba jittieħdu minn fuq il-post fuq l-i’stretchers’ waqt li persuni oħrajn involuti f’inċident jidhru mal-art fuq il-bankina.

Il-Pulizija kienet rapportata tgħid li x-xufier jidher li “tilef il-kontroll” u l-ħabta jidher li kienet kawża ta’ inċident.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet CBS, l-inċident ma kellux rabta mat-terroriżmu. Ingħad li s-suspettat jista’ jagħti l-każ li kien taħt l-influwenza tad-droga jew alkoħol.

Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-karozza nstaqet f’żona ffrekwentata ħafna min-nies.

Skont id-Dipartiment tal-Pulizija fi New York, ix-xufier jinsab arrestat waqt li ż-żona ġiet iċċirkondata.