Lokali

Ġuvni ta’ 19-il sena jammetti li seraq mid-dar tal-kunjata

Dion Lia ta’ 19-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm tingħata s-sentenza fil-konfront tiegħu, wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq mingħand il-kunjata.

Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, huwa ġie akkużat b’serq aggravat, b’danni volontarju u li kien riċediv. Il-każ imur lura għat-18 ta’ April, meta l-ġuvni seraq xi affarijiet mid-dar tal-kunjata f’Birkirkara.

Il-ġuvni ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, bis-sentenza mistennija tingħata nhar it-Tnejn.