Lokali

Ifakkru l-50 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ Maria Assunta fil-Ħamrun b’pellegrinaġġ

Ħamsin sena ilu waslet fil-Ħamrun l-istatwa ta’ Maria Assunta fis-santwarju ddedikat lill-Madonna ta’ Atoċja. Il-komunità Ħamruniża ċċelebrat dan l-annversarju permezz ta’ pellegrinaġġ.

Fl-aktar żona antika tal-Ħamrun maghrufa bħala l-għolja tas-Samra jew inkella ta’ Damaxxena hemm is-santwarju ddedikat lill-Madonna ta’ Atoċja. Dan is-santwarju għadda minn rinovazzjoni sħiħa b’ħafna mix-xogħol isir mill-volontiera mmexxija mis-sagristan Twanny Muscat. L-għeruq tad-devozzjoni lejn il-Madonna jmorru lura s-sekli.

Taħt id-direzzjoni tar-Rettur Dun Andrew Borg dan l-anniversarju fakkar il-50 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ Maria Assunta u kien ċċelebrat permezz ta’ pellegrinaġġ li beda mill-Knisja ta’ San Gejtanu sas-santwarju. L-istatwa li kienet inġiebed minn Dun Ġorġ Bonello terrqet matul it-toroq fil-Ħamrun biex f’nofs ix-xahar id-dieħel f’din il-Knisja anke tkun ċċelebrata l-festa ta’ Maria Assunta – Marija mtella’ s-sema.