Barranin

Il-gvern Amerikan ċert li s-Sirja għandha l-armi kimiċi

Is-Segretarju għad-Difiża Amerikan James Mattis qal li ma hemm l-ebda dubju li l-Gvern Sirjan għandu l-armi kimiċi. Qal li l-Gvern Sirjan fl-aħħar jiem ma ħalliex l-ajruplan militari fl-istess post fejn kienu li jista’ jindika li ser isiru xi attakk.

Mattis qal li s-Sirja qed tingħata pariri ħżiena jekk qed jintqal lilha biex terġa’ tuża l-armi kimiċi bħalma huwa allegat li ghamel fl-4 ta’ April li għadda meta nqatlu 80 persuna.

Il-President Sirjan Bashar al-Assad qal li dawn l-allegazzjonijiet m’huma xejn ħlief stejjer fabbrikati.

Uffiċjali Iżraeljani qalu li minn informazzjoni li għandhom, il-President al-Assad jidher li għandu mat-tliet tunellati ta’ sustanza kimika li tintuża fl-armi.