Barranin

Il-kap ta’ Samsung arrestat fil-Korea t’Isfel

Il-Kap tal-grupp Samsung, Lee Jae-yong ġie arrestat fil-Korea t’Isfel u jinsab akkużat b’tixħim fost akkużi oħra. Il-każ huwa marbut mal-iskandlu li wassal għat-tneħħija tal-President Park Geun-hye.

Lee Jae-yong jinsab akkużat li ta donazzjonijiet li fondazzjonijiet mhux governattiva mmexxija minn Choi Soon-sil, ħabib tal-ex President Park bi tpartit għal favuri tal-Gvern.

Is-Sur Lee u l-grupp Samsung caħdu li għamlu xi ħaġa ħażina.